Futbol Sport

Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani: Il-Kosta tal-Avorju jegħlbu lin-Niġerja fil-finali u jirbħu l-34 edizzjoni

(Ritratt: EPA)

Il-Kosta tal-Avorju rebħu l-34 edizzjoni tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani wara li fil-finali għelbu lin-Niġerja bl-iskor ta’ 2-1.

Għal Kosta tal-Avorju din hi t-tielet darba li rebħu din il-kompetizzjoni wara suċċessi fl-1992 u 2015.

In-Niġerja fetħu l-iskor fit-38 minuta meta minn corner kien il-captain Troost-Ekong li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Fit-62 minuta il-Kosta tal-Avorju kisbu d-draw meta Simon Adingra sab lil Franck Kessie li kkonkluda fix-xibka għal 1-1. Fil-81 minuta kien Simon Adingra li din id-darba sab lil Sebastian Haller li kkonkluda fix-xibka u tefa’ lill-partitarji tal-Kosta tal-Avorju f’dellirju ta’ ferħ, hekk kif rebħu dan l-unur f’pajjiżhom stess.

Finali: Kosta tal-Avorju v Niġerja 2-1