Filmat fuq Facebook juri kif qed iseħħ vandaliżmu lid-djar fi Trejqa tal-Ġiswiti, fil-Marsa permezz ta’ tixrid ta’ żejd fuq it-turġien u l-parapetti.
Minkejja r-rapporti li saru lill-Pulizija mir-residenti, kif ukoll mis-Sindku, jidher li xejn ma sar dwar dan hekk kif din mhux l-ewwel darba li ġrat.
Fil-kummenti taħt il-filmat li ġie ppublikat, ir-residenti qed isostnu li din it-triq saret tal-biża’, u li hemm riskju ta’ nar. Dan fost problemi oħra li jaffaċċjaw fil-Marsa ta’ kuljum, fosthom il-ġlied li jsir kuljum u n-nies fis-sakra.
Kumment ieħor sostna li hi sitwazzjoni tal-mistħija li l-Marsa, li hi kienet ġiet magħżula bħala l-Belt Kuturali, spiċċat f’dan l-istat.
Diversi persuni qed jitolbu sabiex ikun hemm il-cameras fit-triq sabiex min qed iwettaq dan il-vandaliżmu jinqabad.
Is-Sindku qal li l-pulizija tal-Marsa staqsewh biex imexxi l-messaġġ biex kull min ġarrab xi ħsarat imur jagħmel rapport l-għassa. Dan minħabba li l-vandaliżmu qed issir fuq proprjetajiet privati u allura hemm bżonn li r-rapporti isiru mir-residenti nfushom.
//= $special ?>