Lokali

20 sena ta’ sħubija fl-UE: “Wasal iż-żmien li nħarsu lejn futur ta’ prosperità”

Waqt żjara f’Tallinn, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola indirizzat lill-Parlament tal-Estonja, fejn qalet li “it-tkabbir kien l-akbar storja ta’ suċċess tal-Unjoni Ewropea u l-kapaċità trasformattiva li ġab miegħu hu xi ħaġa li lkoll nafu sew.”

Il-President Metsola elenkat numru ta’ suċċessi li inkisbu mill-Unjoni Ewropea matul l-aħħar xhur u tragwardi għall-ġejjieni, bħad-Direttiva dwar Nisa fuq Bordijiet, id-Direttiva dwar Xogħol Indaqs għal Paga Indaqs, l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, l-Atti dwar is-Servizzi Diġitali u s-Swieq Diġitali, u l-ftehim dwar l-immigrazzjoni. Hija qalet li bħala President tal-Parlament Ewropew, għamlitha l-missjoni tagħna li toħorġ minn Brussell u tressaq l-Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini li tirrapreżenta. 

Hija appellat biex isir sforz biex l-Ewropej iħarsu lejn il-ġejjieni b’entużjażmu.

Waqt iż-żjara tagħha fil-kapitali tal-Estonja, l-President Metsola ltaqgħet mal-Prim Ministru Kaja Kallas. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Parlament Ewropew irringrazzjat lill-Prim Ministru u lill-poplu tal-Estonja għat-tmexxija tagħhom. 

Iż-żjara kienet parti mill-kampanja ‘Get out the Vote’ bi tħejjija għall-Elezzjonijiet Ewropej tat-8 ta’ Ġunju. Bħala parti miż-żjara tagħha, l-President Metsola wieġbet diversi mistoqsijiet minn studenti fl-Università ta’ Tallinn.