Lokali

“Basta naqtgħu ż-żigarelli” – jitħassru sessjonijiet għal tfal bl-ADHD u l-awtiżmu

Is-servizz tal-feeding fiċ-ċentru tal-Marsa għal tfal bl-ADHD u l-awtiżmu kellu jiġi sospiż. Dan wara li l-Gvern ħabbar li m’għandux provvisti biżejjed.

L-aħbar ingħatat minn numru ta’ ġenituri, illi ilmentaw għall-fatt li s-sessjonijiet li kellhom it-tfal spiċċaw tħassru.

Persuna partikolari spjegat illi t-tfal “jixirqilhom aħjar” wara kienet ilha aktar minn sena fil-waiting list.

“Imbasta naqtgħu iż-żigarelli. Issa nispera li tittieħed azzjoni”.

Dan iċ-ċentru terapewtiku fil-Marsa kien infetaħ mill-Ministru Chris Fearne sentejn ilu għal tfal li jaqgħu fl-ispectrum tal-awtiżmu, l-ADHD kif ukoll tfal oħra li jeħtieġu għajnuna sensorjali.

It-tfal li jmorru għas-sessjonijiet f’dan iċ-ċentru jkunu riferuti mis-CDAU.