Lokali

Cyrus Engerer juri biċ-ċar li hu kontra r-ritorn ta’ Rosianne Cutajar

Tkompli toħroġ fid-deher il-qasma li hemm fi ħdan il-Partit Laburista hekk kif issa anke l-MEP Laburista Cyrus Engerer wera biċ-ċar li huwa kontra r-ritorn ta’ Rosianne Cutajar fil-Partit Laburista.

Dan wara li fil-midja soċjali tiegħu xerred ritratti ta’ posts varji li kkundannaw l-aġir tal-awtoritajiet hekk kif arrestaw raġel barrani li kien ilu jgħix f’pajjiżna għal dawn l-aħħar 13-il sena u li studja minn butu.

B’reazzjoni għal dan il-post, Engerer ikkummenta li f’pajjiżna nuru ġenerożità mas-sinjuri filwaqt li dawk li għandhom dħul baxx inkomplu nagħmlu l-ħajja tagħhom aktar diffiċli.

Iżda minn dan kollu l-aktar ħaġa kontroversjali kienet li Cyrus Engerer xerred post ta’ persuna illi qal li dan ir-raġel ħallas it-taxxi, ħallas għal edukazzjoni u ħadem qatigħ sabiex fetaħ negozju u spiċċa arrestat – dan filwaqt li Robert Abela qed jikkunsidra r-ritorn ta’ persuna li gidbet u tħanżret minn fuq it-taxxi tal-poplu.

Bl-aktar mod ċar tidher li din ir-referenza kienet għal Rosianne Cutajar.

Fl-aħħar xhur l-NAO kkundannat l-konsulenza li kellha Rosianne Cutajar mal-ITS – impjieg li ġie deskritt bħala fażull u li tħallset għalih minn flus il-poplu. Kienet kundannata ukoll mill-Kummissarju tal-Istandards.

Iżda minkejja dan kollu, Robert Abela lest jaċċettaha lura fil-Grupp Parlamentari Laburista.