Internazzjonali

Gaza: Tal-anqas 50 persuna jitilfu ħajjithom wara sensiela ta’ attakki f’Rafah

Ritratt: AP News

Tal-anqas 50 persuna tilfu ħajjithom wara sensiela ta’ attakki f’Rafah. Fost il-vittmi, kien hemm nisa u tfal. Dan filwaqt li numru ta’ persuni oħra spiċċaw feruti.

Rapporti qed jindikaw illi f’dawn l-attakki li seħħew matul il-lejl intlaqtu numru ta’ residenzi – attakki li kienu imfissra bħala vjolenti.

Bosta urew tħassib li dawn l-attakki jafu jfissru l-bidu tal-offensiva mill-art li Iżrael ilu jippjana għal diversi ġimgħat.

Il-grupp Hamas qed jgħid illi dawn l-attakki jikkontribwixxu għal ġenoċidju, filwaqt li din is-sitwazzjoni qed tagħmel il-ħajja tal-Palestinjani ferm aktar diffiċli.

L-Iżraeljani qed jinsistu li r-raids saru bil-għan li jsalvaw żewġ ostaġġi mill-Medda ta’ Gaza. Intqal ukoll li din l-operazzjoni kienet waħda kumplessa ħafna u li kienet ilha pjanata għal diversi ġimgħat.

Intant, fi żviluppi oħra jidher li fl-aħħar sigħat il-grupp tar-ribelli Houthi attakkaw vapur fil-Jemen permezz ta’ żewġ missili – iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġà.