Lokali

Il-Gvern tajjar €120,000 biex David Walliams preżenta l-Film Awards

Il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia żvelat illi l-Gvern tajjar xejn anqas minn €120,000 sabiex il-komiku David Walliams preżenta l-Malta Film Awards.

Din iċ-ċifra ħarġet wara li l-Kummissarju għad-Data Protection iddeċieda favur li jkun magħruf kemm tħallas, l-Kummissjoni tal-Films waslet l-argument tagħha quddiem il-Qorti Ċivili. Biex issa l-Imħallef Wenzu Mintoff xejjen l-appell tal-Kummissjoni u ordna biex tiżvela l-informazzjoni.

Din mhux l-ewwel darba li l-Kummissjoni għall-Films u l-Kummissarju nnifsu, Johann Grech, spiċċaw fl-aħbarijiet għal raġunijiet xejn pjaċevoli.

Fost l-oħrajn meta l-paġna tal-media soċjali kienet hacked xhur ilu – paġna li għadha hacked s’issa – kif ukoll dwar il-fatt li biex jinġibdu l-films Malta, il-Gvern s’issa ħareġ xejn inqas minn €143 miljun.

Bl-NAO preżentament qed tinvestiga n-nefqa eżorbitanti tal-Malta Film Commission.

Biss biss, jingħad illi l-Malta Film Week ġie jiswa’ lill-poplu €1.3 miljun.

Minn dawn il-flus – kif spjegat il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia – s’issa nafu kemm swew is-servizzi ta’ David Walliams. U allura, għad irid jiġi iċċarat fejn marru il-bqija tal-flus li l-Gvern tajjar f’dik il-ġimgħa partikolari.