Lokali

Il-PN jinsisti li l-għażla tal-President għandha tkun fuq “persuna li tgħaqqad”

B’referenza għall-kummemti tal-Prim Ministru dwar l-għażla tal-President ta’ Malta, il-liġi hija ċara li jrid ikun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-kamra. L-ebda parti m’għandha jedd tipprova tiddetta b’mod arbitrarju qabel anqas biss għadhom bdew id-diskussjonijiet. 

Il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalsita tibqa’ ċara. L-għażla tal-President għandha tkun fuq persuna li tgħaqqad lill-poplu Malti u Għawdxi, irrispettivament minn fejn ġej jew ġejja.