Il-Qorti ordnat lill-pulizija biex tinvestiga żewġ xhieda li kienu preżenti fil-każ ta’ sparatura fil-Black Gold Saloon fil-Gżira, f’Novembru li għadda. Aaron Cassar ta’ 43 sena, li fil-lejl tal-inċident kien qed jaqsam kamra ta’ lukanda mal-allegat raġel li spara tir, xehed hekk kif it-Tnejn kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Christopher Philip Agius quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi.
Agius ta’ 32 sena minn Raħal Ġdid qed iwieġeb mhux ħati li kkaġuna feriti gravi fuq il-vittma, theddid b’arma tan-nar, kien fil-pussess ta’ arma tan-nar waqt it-twetiaq reat kontra persuna, li ġarr arma tan-nar fil-pubbliku mingħajr liċenzja, li naqas. biex jinforma lill-pulizija li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar mhux reġistrata u kiser il-paċi pubblika, meta tressaq il-Qorti f’Novembru li għadda.
Cassar, li kien arrestat ukoll fil-bar, qabel kien ġie kundannat tlett xhur ħabs talli kiser curfew impost mill-qorti – parti minn kundizzjonijiet ta’ pleġġ relatati ma’ proċeduri oħra. “Konna ddeċidejna li mmorru Black Gold dak il-lejl,” huwa qal.
Raġel li ma għarfux kien daħħal ġo fih waqt li kien ħiereġ mit-toilet. Fl-istess ħin, ra lill-imputat jiġi aggredit minn spalltu ħdejn il-bar u jaqlaż daqqa ta’ ponn f’ħalqu. “Hemm filmati tas-CCTV li juru li meta konna morna nixtru x-xorb, l-allegat vittma kien daħal fuq Chris bi spalltu waqt li kien qed jixrob.”
Huwa ddeskriva lir-raġel li kien daħal fl-imputat bħala “raġel Għarbi.” “Kien għamel mossi lejh bħallikieku kien qed iwarrab lil Chris minn nofs.” Imbagħad kienet inqalgħet ġlieda, qal ix-xhud. “Bdew jiġġieldu u spiċċaw mal-art. Chris kien fuqu. Ir-raġel Għarbi daħal idu fil-but u ħareġ sikkina.”
F’dak il-punt, l-istaff tas-sigurtà ħareġ lill-irġiel il-barra mill-klabb u żied li ma kienx ra x’ġara wara dak l-episodju. “Imbagħad smajna sparatura u tlaqt jien biss għad-dar.” Il-ħin kien bejn wieħed u ieħor is-1:30am, żied jgħid aktar tard.
Il-Prosekutur Darlene Grima staqsiet lix-xhud jekk saritx xi komunikazzjoni man-nies fil-bar wara li kien mar id-dar. Iva kien hemm, huwa qal, ma’ Agius, li żied li kien iltaqa’ mal-imputat ħafna drabi wara l-inċident, qabel ma ġew arrestati.
Dr. Grima staqsiet dwar terza persuna li kienet mal-irġiel, mara. “Iva. Ħabib ta’ binti,” wieġeb ix-xhud. Cassar, iżda, beda ‘jħawwad’ meta mistoqsi dwar dak li qalu hu u Agius lil xulxin dwar l-inċident, wara dan, dan wassal lill-maġistrat biex iċanfar lix-xhud, wissieh li jiffaċċja konsegwenzi serji jekk jigdeb taħt ġurament.
Agius ma tantx kien jafdah f’dak il-punt, kompla Cassar, li żied li ma kienx jaf minn fejn kienet ġiet l-arma tan-nar. Il-Qorti wissiet lix-xhud għat-tieni darba, u qaltlu li kien diġà kkontradixxa lilu nnifsu darbtejn. Cassar insista li ma kienx ħabib tal-qalb ma’ Agius. “Qatt ma ġejna arrestati flimkien, pereżempju,” huwa qal.
“Ma niftakarx eżatt x’intqal. Konna ppruvajna nifhmu għaliex seħħ l-inċident. Ma konniex nafu min kien. Huwa qalli li kellu sikkina, u kien urieni meta ħareġ din is-sikkina miksija bin-nikil mill-but. Imbagħad il-bouncers tefgħuh barra u għalqu l-bar biex jevitaw aktar inkwiet.” “Sekondi wara li smajt l-isparatura barra, tlaqt mill-bar u ħriġt.”
Wara xhedet mara li kienet qed takkumpanja lix-xhud u lill-imputat, Chanel Debono. Kien b’diffikultà li ftakret fil-fatt li l-inċident kien seħħ lejn l-aħħar tas-sena l-oħra. Mistoqsija meta kienet ġiet avviċinata għall-ewwel darba mill-pulizija, hi qalet li ġiet arrestata waqt li kienet f’karozza mal-imputat u individwu ieħor.
“Qabel telaq lejn Black Gold, it-tlieta li konna f’lukanda, hija qalet. Imbagħad dak li ġara, ġara.” Dr. Grima staqsiet dwar it-tielet persuna li kienet semmiet. “Aaron,” qalet il-mara. Hi kkonfermat li kien fil-kamra tal-lukanda mal-imputat u magħha, u kien ukoll fil-karozza fil-ħin tal-arrest tagħhom, iżda qalet li hija qatt ma kellmitu.
Debono qalet lill-Qorti li minn dakinhar kienet insiet ħafna mid-dettalji. Dan wassal lill-qorti biex tfakkar ukoll lill-mara li kienet taħt ġurament u “ma setgħetx tagħżel x’tgħid u x’ma tagħmilx.” “Qed tgħid li ma tiftakarx ħafna affarijiet. Jekk insib li dan mhux minnu, nagħti struzzjonijiet lill-pulizija biex jarrestawk u jakkużak b’xhieda falza.”
Il-Maġistrat hawn staqsa x’intqal matul il-ħin li Aaron kien ġewwa l-kamra tal-lukanda tagħhom. “Kont ġewwa l-kamra, huma kienu barra,” wieġbet il-mara. Dakinhar kienet ilha biss taf lil Agius għal “xahrejn jew tliet xhur”, hi qalet meta mistoqsija dwar ir-relazzjoni tagħha mal-imputat. “Konna biss qed inħawwdu xi ftit.”
Wara x-xhieda tal-mara il-Pulizija qalu li qegħdin isibu problemi biex jgħaddu lil bouncer it-taħrika lilu, f’kelma waħda qegħdin isibu problemi biex isibuh. Il-qorti hawn awtorizzat lill-pulizija biex jieħdu t-taħrika wara l-ħin tax-xogħol u biex jippubblikaw avviż u ritratt tal-bouncer permezz tal-mezzi tal-midja u tal-midja soċjali tal-pulizija.
Il-Qorti mbagħad iddettat nota, fejn osservat li l-persuni li taw ix-xhieda kienet kontradittorji u ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestigahom għal possibbiltà ta’ ġurament falz. Talba tal-prosekuzzjoni għall-ħatra ta’ espert mediko-legali biex jeżamina lill-vittma u jiddetermina jekk il-ġrieħi gravi li sofra kinux ta’ natura permanenti jew le, kienet milqugħa.
Il-każ ikompli. Il-Prosekuturi Darlene Grima u Etienne Savona mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed jassistu lill-Ispetturi Wayne Camilleri u Michael Vella. L-Avukat David Gatt qed jassisti lil Agius.