Atletika Sport

Imut l-atleta Kelvin Kiptum

(Ritratt: EPA)

Kmieni dalogħdu tħabbret il-mewt tal-atleta Kenjan, Kelvin Kiptum wara li kien involut f’inċident tat-traffiku flimkien mal-kowċ tiegħu.

Kiptum kien qed iżomm ir-rekord tal-maratona tal-irġiel wara li f’Ottubru li għadda f’Chicago rnexxielu jagħmel 42km f’sagħtejn u 35 sekonda.

L-atleta ta’ 24 sena kien fl-iskwadra proviżorja tal-Kenja għall-Olimpjadi ta’ Pariġi tas-sajf li ġej. Kienu bosta l-atleti li sellmu l-memorja ta’ Kiptum fosthom sieħbu Eliud Kipchoge.