Futbol Sport

Kampjonat tal-Veterani: MFPA jegħlbu lil Hibernians f’konfront missielet

Tkompla l-Kampjonat tal-Malta Veterans Football Association fejn il-Malta Football Players Association komplew bis-serje pożittiva tagħhom meta għelbu lil Hibernians Veterans bl-iskor ta’ 7-6.

Mark Barbara skorja tlett gowls għal Malta Football Players Association filwaqt li Aleksandar Ribic skorja darbtejn Gareth Sciberras u Roderick Bajada gowl kull wieħed. Hibernians baqgħu fil-logħba b’żewġ gowls ta’ Ilia Nazarov u Glenn Bonello, auto gowl u gowl minn Alan Tabone.

Luxol u Birkirkara St Helen’s temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 6-6 filwaqt li f’partita bejn żewġ timijiet li jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika, Rabat għelbu lil Żurrieq 6-3. Għal Rabat Ibrahim Tarek skorja darbtejn bil-gowls l-oħra jaslu minn awtogowl, Timmy Zammit, Joseph Caruana u Dylan Falzon.

Mario Camilleri, Ahmed Trabelsi u Jurgen Mifsud skorjaw għal Żurrieq. Gżira United ħadu walk-over fuq Żejtun Red Stars li ma niżlux għal-logħob.