Lokali

“Ma tistax tgħid ħa nnaqqas minn hawn u tiddeċiedi kif trid” – Bartolo dwar it-tnaqqis tal-VAT

It-tnaqqis tal-VAT ċertament li tkun miżura eċċellenti u opportuna għall-industrija tal-istabbilimenti tal-catering – kif qed jiġri f’pajjiżi Ewropej u Mediterranji oħrajn.

Sostniet dan l-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering f’Malta ftit tal-jiem ilu hekk kif spjegat li tinsab imħassba u sorpriża għall-aħħar b’dak li qal il-Minsitru tal-Finanzi Clyde Caruana meta eskluda għal kollox it-traħħis tal-VAT għall-istabbilimenti tal-catering.

Net News it-Tnejn filgħodu staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo dwar dan it-tħassib li għandhom l-ACE, bil-Minsitru jgħid li ma tistax tiddeċiedi kif trid.

Kif jiġri dejjem…il-Ministru farfar fuq ir-regoli tal-Unjoni Ewropea li l-Gvern irid isegwi. Dan minkejja li hemm stati membri oħrajn  bħal Ġermanja, Belġju, Italja, Olanda, Spanja…li għandhom traħħis fil-VAT f’dak li għandu x’jaqsam stabbilimenti tal-Catering….bil-Ministru jibqa’ jinsisti li wieħed irid iqis kollox.

Intant….sitt ijiem wara li konna staqsejnih dwar kemm ġie jiswa l-Mediterrane Film Festival…u meta se jippubblika kemm tħallas il-preżentatur Brittaniku David Walliams għal Malta Film Awards ta’ sentejn ilu….Clayton Bartolo reġa’ weġibna l-istess – ċioè nistennew ftit tal-jiem oħra.