Raġel ta’ 61 sena miż-Żejtun ma nstabx ħati mill-Maġistrat Kevan Azzopardi li kkorrompa eks Supretendent tal-Pulizija fuq lottu klandestin u dan wara li l-istqarrija mogħtija minnu fid-depot ġiet sfilzata mill-proċess u kienet ġiet iddikjarata inamissibbli. Dan peress li ma kienx ingħata d-dritt li jkun assistit minn avukat tal-fiduċja tiegħu.
Emmanuel Spiteri kien tressaq il-Qorti mixli li f’Ġunju 2006, u fix-xhur ta’ qabel, irrenda ruħu kompliċi ma’ Patrick Spiteri fir-reat ta’ korruzzjoni billi kkorrompa lill-istess Spiteri li dak iż-żmien Supretendent tal-Pulizija.
Anke Patrick Spiteri kien tressaq b’rabta ma’ dan il-każ fejn kien illiberat ukoll wara li bħal Emmanuel Spiteri ma ngħatax id-dritt li jikkonsulta ma’ avukat.
Il-Pulizija arrestat lill-akkużat fuq investigazzjoni dwar tixħim fejn Ian Joseph Abdilla, dak iż-żmien Spettur tal-Pulizija li investiga l-każ, qal fil-Qorti li l-akkużat kien ammetta li għadda “ammont konsiderevoli” ta’ flus lill-eks supretendent biex jgħinu fl-attività illegali ta’ bejgħ ta’ biljetti tal-lottu klandestin.
Madankollu l-Maġistrat Kevan Azzopardi, li sema’ l-kawża, irrimarka li dak iż-żmien li tteħditlu l-istqarrija mill-Pulizja l-akkużati ma kienx għad għandhom id-dritt li jkunu assistiti minn avukat. Kien għalhekk li huwa warrab l-istqarrija u dak kollu li l-prosekuzzjoni kisbet mingħand l-akkużat waqt l-interrogazzjoni u peress li ma kienx hemm aktar provi f’dan ir-rigward.
Kif ukoll ma setgħetx tirriużulta l-akkuża li Emamnuel Spiteri sar reċidiv konsegwenza ta’ dawn il-fatt u għalekk kien ukoll illiberat. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Rennie Stivala.
//= $special ?>