Steven Azzopardi ta’ 36 sena mill-Għargħur ma nstabx ħati bl’attentat ta’ qtil ta’ missieru liema każ kien seħħ fit-18 ta’ April tal-2018 wara li kien sparalu b’arma tan-nar waqt tilwima familjari fil-Għargħur. Waqt il-proeduri l-missier kien ħafer lil ibnu, tant li għażel li ma jixhidx kontrih fil-kumpilazzjoni.
Azzopardi kien laqat lil missieru fi spalltu u dan wara li kellhom xi jgħidu fuq propjetà. Il-missier u l-iben minn dak iż-żmien ‘l hawn irranġaw id-differenzi kollha li kien hemm bejniethom. L-Avukat Ġenerali ried li l-każ ikompli iżda l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace qalet li l-proċeduri ġew eżawriti u għalhekk il-każ ma’ jkomplix.
Azzopardi kien ressaq il-Qorti quddiem il-maġistrat Marseanne Farrugia u akkużat b’attentat ta’ qtil ta’ missieru li dak iż-żmien kellu 58 sena. Huwa kien akkużat fuq numru ta’ akkużi oħra relatati ma’ theddid u reati ta’ armi tan-nar.
Meta kompla l-każ quddiem il-maġistrat Yana Micallef Stafrace, il-missier kien issejjaħ fuq il-pedana tax-xhieda bħala biex jixhed, madankollu l-vittma qal lill-Qorti li ma xtaqx jixhed u li kien ħafer lil ibnu talli sparalu.
L-avukati difensuri ta’ Azzopardi Franco Debono u Marion Camilleri sostnew li dan kien ifisser li ma kienx hemm każ prima facie, rekwiżit biex tinħareġ l-att ta’ akkuża, peress li l-missier kien l-uniku xhud tal-prosekuzzjoni.
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien nsista li l-każ kellu jkompli u l-iben jgħaddi ġuri. Il-kumpilazzjoni tal-provi kienet baqgħet għaddejja għal madwar sitt snin fejn xehdu diversi pulizija u esperti tal-Qorti fuq il-każ. Il-prosekuzzjoni f’din il-kawża tmexxiet mill-Ispettur Roderick Spiteri.
L-akkużat kellu jiddefendih lill-Avukati Franco Debono, Marlon Camilleri u Francesca Zarb. L-Avukat David Gatt kien qed deher għal missier l-akkużat bħala parte civile fil-każ.