Atletika Sport

Pole Vault: Rekord nazzjonali ieħor minn Nicolai Bonello

Fl-atletika record ieħor nazzjonali miksub fil-pole vault minn Nicolai Bonello.

Wara li ġimgħa ilu għal tlett darbiet kien kiser ir-rekord nazzjonali tlett darbiet meta għalaq b’4.61 metri , ġimgħa wara kiser l-istess rekord darbtejn.

Fil-Marsa Athletics Stadium minkejja li mhux f’kundizzjonijiet ta’ klima ideali fejn iddomina r-riħ qawwi, fl-ewwel tentattiv biex itejjeb fuq l-4.61 metri Nicolai Bonello qabel 4.62 metri.

Immedjatament wara bi tlett ċentimetri aktar mar għal 4.65 metri fejn ma falliex biex mill-ġdid kiser ir-rekord nazzjonali tiegħu stess. Preżenti fil-Marsa l-coaches tiegħu Mario Bonello u Jivko Jetchev.