Kienet il-kantanta Taylor Swift illi serqet ix-xena waqt il-finali tas-Super Bowl ta’ din is-sena – il-partitissima tal-NFL li saret il-Ħadd filgħaxija f’Las Vegas, u li intrebħet mill-Kansas City Chiefs.
Iżda l-verità hi li l-attenzjoni tal-media ma kinitx fuq il-logħba innifisha; tant li l-media internazzonali kollha qed tiffoka fuq il-preżenza ta’ Taylor Swift illi qasmet nofs il-globu lejn Vegas biex tara lil Travis Kelce jirbaħ din il-finali kontra l-49ers.
Taylor Swift qasmet disa’ times zones b’jet privat biex mill-Ġappun tasal Vegas. Bil-kantanta tidher tgħannaq u tbus lil Kelce fi tmiem il-partita wara r-rebħa taċ-Chiefs.
It-tnejn ilhom jiffrekwentaw lil xulxin sa minn Settembru li għadda.
//= $special ?>