Futbol Sport

Telfa mhux mistennija għal Juventus b’Inter iżommu seba’ punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika

(Ritratt: EPA)

Juventus sofrew telfa mhux mistennija meta f’darhom kienu megħluba bl-iskor ta’ 1-0 minn Udinese. Din it-telfa tfisser li Juventus b’hekk baqgħu seba’ punti wara Inter li minn naħa tagħhom għandhom ukoll partita anqas mill-Bianconeri.

Il-gowl deċiżiv kien skorjat fil-25 minuta permezz ta’ Lautaro Giannetti.