Lokali

Tweġġà gravi wara ħabta bejn mutur u vann f’Birżebbuġa

Mara ta’ 63 sena residenti Birżebbuġa weġġgħet gravi wara inċident bejn vann u mutur f’Birżebbuġa stess.

L-inċident seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Birżebbuġa.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-mara u vann misjuq minn raġel ta’ 47 sena residenti n-Naxxar.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn ftit tal-ħin wara ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.