Lokali

Caritas Malta tgħid li l-ammonti proposti fil-White Paper tad-droga għandhom jitnaqqsu

Caritas Malta mhux taqbel mal-ammonti proposti mill-Gvern fil-White Paper tar-riforma tad-droga sabiex wieħed ikun eliġibbli għad-Drug Offenders Rehabilitation Board.

Fi stqarrija Caritas spjegat li filwaqt li hi favur proposti li jiffavorixxu r-riabilitazzjoni ta’ persuni li huma dipendenti fuq id-droga u f’aktar ġustizzja soċjali…f’opinjoni li tinkludi 45 resident li bħalissa qed jagħmlu programm residenzjali ta’ rijabilitazzjoni ġew elenkati 5 punti li qed ipoġġi tħassib serju fuqhom.

Dan hekk kif minn banda Caritas Malta spjegat li t-tisħiħ tal-bord, il-ħniena li għandha tintwera lil min huwa dipendenti fuq id-droga u l-possibilità ta’ proċess fil-qrati kriminalimingħajr ġurati…kollha jistgħu isaħħu l-liġi dwar ir-rijabilitazzjoni…iżda insistew li tali aġġustament u żidiet jisgħu jkollhom effett negattiv.

Dan hekk kif Caritas Malta spjegaw li hemm possibilità li tali żiedu tiffaċilita aktar pushing b’ammonti akbar, li tagħti messaġġ ħażin lis-soċjetà li tista’ titraffika u ssib loop holes minn fejn tiżgiċċa. Dan filwaqt li spjegaw li tali proċess jaf inaqqas il-biża’ tal-ħabs, iħajjar aktar nies għat-traffikar u finalment tiżdied il-firxa tad-droga u vjolenza marbuta magħha.

Caritas Malta preċiżaw jgħidu għal darb’oħra li l-addicts ma jollhomx dawk il-kwantitajiet kif suġġerit, ċioè 200 gramma…ekwivalenti għal €20,000….tant li t-traffikanti ma jafdawhomx b’dawk l-ammonti kbar għax jafu jikkonsmawlhom ħafna minnhom.

Barra minn hekk huwa diffiċli li tkun addict u traffikant fl-istess waqt…iżda numru ta’ residenti li ddiskutew ma’ Caritas saħqu li hemm pushers li meta nqabdu mill-Pulizija ħadu l-kokaina biex f’għajnejn il-liġi jidhru li huma nfushom huma addicts jew users.

Ġie spjegat li fl-aħħar snin ir-realtà tad-droga qed tikber u saħansitra jaf qed issir moda…għaldaqstant il-biża’ tal-ħabs għandha tibqa’ ta’ deterrent qawwi. Caritas Malta spjegat li tali proċess kif inhu propost qed inissel biża’ li jiġbed l-attenzjoni ta’ ċrieki ta’ droga minn pajjiżi oħrajn…li diġà għandhom preżenza f’Malta.

Finalment Caritas Malta spjegat li persuni li huma addicts għandhom jingħataw l-għajnuna kollha possibbli biex jiġu rijabilitati iżda dawn l-ammonti proposti se jkunu ta’ periklu. Għaldaqstant Caritas temmen li l-White Paper tinkludi proposti tajbin….iżda għandhom jiġu mibdula l-ammonti proposti.