Lokali

“Gvern bi prijoritajiet ħżiena” – Il-Kap tal-PN Bernard Grech

Permezz ta’ post fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Gvern ħela €120,000 fuq preżentatur filwaqt li abbanduna lill-Maltin u lill-Għawdxin biex jikkumbattu l-għoli tal-ħajja.

Mhux talli hekk talli l-Gvern qed jaħli l-flus u mbagħad jaħbi, hekk kif sirna nafu kemm sparpalja flus il-Maltin, għax ġie ordnat mill-Qorti.

Dan huwa Gvern li jisraq lill-poplu u jaħbi, kompla jgħid Bernard Grech, waqt li żied jgħid li l-poplu jixraqlu aħjar.

“Jixraqlek serjetà fit-tmexxija u għaqal bi flusek” temm jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech