Internazzjonali

Il-moħħ wara sparatura tal-massa f’Texas tinqatel fil-post u binha ta’ seba’ snin iweġġa’ serjament

Mara b’arma tan-nar, li kienet akkumpanjata mit-tifel tagħha ta’ 7 snin, sparat numru ta’ tiri fuq follo kbira ta’ nies li kienet miġbura fil-knisja Lakewood f’Texas.

Il-mara ta’ 36 sena inqatlet fuq il-post mill-Membri tas-Sigurta, u skont l-investigazzjoni tal-Pulizija Genesse Ivonne Moreno kellha l-kelma Palestina miktuba fuq l-arma tan-nar tagħha. Madanakollu l-mottiv wara dan l-inċident għadu mhux magħruf.

Intant, qabel mal-Membri tas-Sigurta laħqu waqqfu lil Morena hi kienet laqtet raġel ta’ 57 sena f’siequ, waqt li tifel tagħha intlaqat b’tir f’rasu u qiegħed jissilet għal ħajtu fl-isptar. S’issa għadu mhux magħruf kif intlaqat it-tifel.