Għawdex Lokali

Ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel jiddaħħal għat-tiswija sal-25 ta’ Marzu

Ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel, in-Nikolaos, ser ikun barra mis-servizz għall-manutenzjoni mil-Ħamis 15 ta’ Frar sat-Tnejn, 25 ta’ Marzu.

Dan ifisser li l-Għawdxin, sa Marzu, se jkunu mingħajr ir-raba’ vapur.

Matul dan iż-żmien, il-kumpanija se tkun qed topera skeda temporanja bil-bastimenti l-oħra, sakemm in-Nikolaos jiddaħħal fit-tarzna.

L-iskeda temporanja se tkun ippublikata fuq il-websajt tal-Gozo Channel, u l-passiġġieri huma avżati biex jiċċekjaw din l-iskeda qabel ma jivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer.

L-ispiża tan-Nikolaos għadha tinġarr mit-taxxi tagħna, b’somma li titla’ sa €12,000 kulljum. Il-fjuwil li jintuża jitħallas ukoll mill-Gozo Channel. Il-vapur ilu jopera mill-2019, u s’issa l-Gvern mhux juri rieda li jixtri vapur ġdid li jkun jista’ jiżdied mal-flotta tal-Gozo Channel.