‘Kienet ġimgħa tajba għalina’
- Josè Borg, kowċ B’Kara FC
 
‘Rebħa importanti għat-tim wara l-kwalifikazzjoni matul il-ġimgħa fit-Trophy. Kienet ġimgħa tajba għalina.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti li lissen il-kowċ ta’ Birkirkara Josè Borg hekk kif l-Istripes għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 1-0. Huwa kellu aktar xi jgħid. ‘ Konna t-tim li kellna l-aktar mil-logħob fejn iddominajna għal ħinijiet twal. Irridu nkomplu nkunu pożittivi biex nakkwistaw aktar punti li jressquna lejn in-naħa ta’ fuq tal-klassifika.’
‘Logħba li kienet destinata għal draw’
- Vincenzo Potenza, kowċ Valletta FC
 
‘Kienet logħba bilanċjata fejn nemmen li riżultat ta’ draw kien jixraq’. Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Valletta Vincenzo Potenza wara t-telfa li l-Beltin sofrew fl-aħħar mumenti kontra Birkirkara. Potenza kompla. ‘ Il-logħob żvolġa għal ħinijiet twal f’nofs il-ground fejn id-direzzjoni tal-logħba kienet dik ta’ draw. Sinċerament ma’ nafx jekk il-ballun tal-gowl ta’ Birkirkara daħalx jew le. Imma la r-referee tah gowl aħna nirrispettaw id-deċiżjoni.’
| KLASSIFIKA | L | PTI | 
| Ħamrun Spartans | 16 | 41 | 
| Floriana | 16 | 38 | 
| Sliema Wanderers | 16 | 31 | 
| Marsaxlokk | 16 | 26 | 
| Hibernians | 16 | 24 | 
| Birkirkara | 16 | 24 | 
| Naxxar Lions | 16 | 21 | 
| Balzan | 16 | 19 | 
| Valletta | 16 | 18 | 
| Gżira United | 16 | 18 | 
| Mosta | 16 | 17 | 
| Santa Lucia | 16 | 15 | 
| Sirens | 16 | 8 | 
| Gudja United | 16 | 6 | 
| L-AQWA SKORERS | GLS | 
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 15 | 
| Kemar Reid (Floriana) | 10 | 
| Uros Djuranovic (Ħamrun Spartans) | 10 | 
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 8 | 
| Andrei Ciolacu (Birkirkara) | 8 | 
| Sunday Akinbule (Marsaxlokk) | 7 | 
| Federico Falcone (Valletta) | 7 | 
| Giannis Bastianos (Hibernians) | 5 | 
| Thaylor Aldama (Gżira United) | 5 | 
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 5 | 

LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 17 ta’ Frar, 2024
Stadium Nazzjonali
2.00pm Birkirkara vs Hibernians
4.15pm M’Xlokk vs Sliema W.
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Mosta vs Valletta
4.15pm Santa Lucia vs Naxxar L.
Il-Ħadd 18 ta’ Frar, 2024
Centenary Stadium
11.00am Ħamrun S. vs Sirens
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Floriana vs Balzan
4.15pm Gżira Utd. Vs Gudja Utd.
//= $special ?>

