Iż-żieda fl-ammonti tad-droga kif proposti mill-Gvern taf toħloq sitwazzjoni biex ikun hemm lok għal aktar abbuż.
Dan qalitu l-Fondazzjoni Oasi, organizzazzjoni mhux governattiva u awtonoma li ilha topera fis-settur tal-prevenzjoni, it-trarpija u riabilitazzjoni mill-vizzji sa mill-1991. Dan hekk kif resaqet numru ta’ riflessjonijiet u suġġerimenti dwar il-proposti ewlenin tar-riforma tad-droga…bl-Oasi tgħid li meta l-liġi timxi strettament ma’ limiti, qed tkun awtomatikament inġusta ma’ xi persuni.
Il-Fondazzjoni Oasi spjegat li jekk jiżdiedu n-numri ta’ grammi li wieħed jista’ jkollu biex persuna jgħaddi quddiem l-Qorti dwar id-droga, se jiżdied ir-riskju li individwi jkabbru jew iżommu aktar pjanti tal-kannabis minn dak diġa’ speċifikat bil-liġi.
L-Oasi appellat ukoll sabiex il-liġi ssemmi tipi oħra tad-drogi u mhux biss l-eroina, il-kokaina, il-kannabis u l-ecstasy.
Il-Fondazzjoni Oasi ressqet numru ta’ riflessjonijiet u suġġerimenti oħra – fosthom li titwessa’ l-kompożizzjoni tal-Bord ta’ Riabilitazzjoni ta’ persuni li nqabdu bid-droga, hekk kif huma jemmnu li meta l-membri tal-bord minn ebrgħa jiżdiedu għal sebgħa, l-bord jakkwista iktar awtonomija u flessibilità biex imexxi il-każijiet li jiġu quddiemu. Huma ssuġerew ukoll biex l-membri tal-bord ikunu esperti fis-settur… u li jkunu ġejjien minn sferi differenti.
Il-Fondazzjoni Oasi ssuġeriet ukoll li jkun hemm kjarfika tal-ħtiġijiet li jindikaw b’mod ċar li perusna għadnha problema ta’ vizzju…. u li l-liġi nfisha għandha tagħti l-awtorità lill-esperti li qed jevalwaw il-każ biex ikunu jistgħu jinvestigew u jiġbru l-investigazzjoni neċċessarija.
Fost suġġerimenti oħra, il-Fondazzjoni Oasi talbet ukoll biex kull każ jiġi kkunsidrat skond il-meriti tiegħu, u għalhekk tagħmel distinzjoni bejn l-atti li persuna tkun għamlet waqt l-effett tad-droga hekk kif ħafna drabi dawn ikun atti li meta l-persuna tkun f’sensiha lanqas biss jgħaddulha minn moħħa.
Tkellmet anke dwar il-ħtieġa ta’ proċess aktar ġust għal dawk li jkunu skontaw sentenza f’każijiet passati ta’ pussess sempliċi fil-Faċilità Korrettiva. Dan hekk kif persuna li għandha problema ta’ addiction, u li tkun waqfet mill-użu …. fil-ħabs għandha iktar possibiltà li tiltaqa’ ma persuni li moħħhom għadu itkar iffukat fuq ħajja negattiva.
//= $special ?>