Lokali

Minħabba l-falliment tal-Gvern il-bidwi Malti jieħu kwart tas-sussidji meta mqabbel mal-Italja – Peter Agius

Il-falliment tal-Gvern ta’ Robert Abela qed isarraf biex kwart tas-sussidji meta mqabbel mal-Italja. Dan hu dak li sostna il-kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius fejn qal li dan kollu qed jaffetwa l-kompettività tal-bdiewa Malti u Għawdxin.

Il-bidwi Taljan qed jieħu kważi erba’ darbiet aktar sussidju mill-Malti għall-istess prodott li mbgħad jispiċċa esportat lejn Malta.

Peter Agius qal li riċerka dwar l-għajnuniet diretti li jirċievi s-settur tal-agrikoltura turi li l-bdiewa Maltin qed jircievu ħafna inqas sussidju mill-Gvern Maltin kkomparat ma’ kemm jirċievu l-bdiewa Taljani mill-Gvern tagħhom.

Ir-riċerka li saret bl-għajnuna ta’ esperti internazzjonali fil-qasam turi biċ-ċar li l-bdiewa Maltin ma jistgħux jikkompetu mal-prezzijiet ta’ prodott mill-Italja mhux biss għax Malta m’għandix skala t’ekonomija iżda għax il-Gvern qed japplika ħażin il-fondi tal-Unjoni Ewropea b’mod li l-bidwi Malti qed jieħu ferm anqas sussidju meta mqabbel mal-bidwi Taljan.

Bdiewa li jkabbru l-ħaxix f’Malta jirċievu sussidju bażiku mill-Gvern ta’ madwar sitt mitt ewro għal kull ettaru ta’ raba’ li jħawwlu iżda l-bdiewa Taljani li jħawlu l-istess ħxejjex jirċievu elf u tmien mitt ewro għal kull 10 tomniet. (tabella 1)

Ir-riċerka li wettaq Peter Agius tqabbel il-pagamenti rrappurtati fil-pjan strateġiku ta’ Malta għall-politika komuni agrarja mal-istess pjan li rrappurtaw it-Taljani.

Fil-każ tal-ħxejjex ġenerali, il-bdiewa Taljani b’kollox jirċievu mat-tliet elef ewro għal kull 10 ti tmiem iktar mill-Maltin.

Bħal ħxejjex, anke dawk li jkabbru ż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt. It-Taljani qed jirċievu sussidju ta’ EUR5000 għall-kull 10 ti tmiem waqt li l-Malta jieħdu ftit inqas minn elf u ħames mitt ewro. (show table 2)

Din id-differenza fis-sussidju huwa dak li jagħmel il-prodott Malti ogħli aktar minn dak impurtat minn Sqallija.

Peter Agius qal li l-għodda u s-sussidju minn fondi Ewropej qegħdin hemm u l-Gvern ta’ Robert Abela mhux jgħin biżżejjed lill-bdiewa biex ikunu kompetittivi u l-konsumaturi Maltin biex jagħżlu l-prodott lokali.