Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara ħabta bejn tliet karozzi

Ritratt: Mill-Arkivji

Għall-ħabta tal-4am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, f’San Ġiljan.

Il-Pulizija marru minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Suzuki SX4 misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti Haż-Żebbuġ, Toyota C-HR misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Mosta u trakk Iveco Magirus misjuq minn raġel ta’ 62 sena residenti Ħal Luqa.

Ir-raġel ta’ 34 sena ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Iż-żewġ sewwieqa l-oħra ma sofrewx ġrieħi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.