Atletika Sport

Rekords nazzjonali għal Pellegrini, Bonnici u Bonello fl-Atletika

Graham Pellegrini kkonferma l-forma pożittiva attwali meta kiser ir-rekord nazzjonali tal-400m meta fil-Kampjonati tal-Atletika Indoor tal-Balkani, fl-Atakoy Arena f’Istanbul ġera d-distanza f’ħin mill-aqwa ta’ 47.55 sekondi fejn temm qabel atleti minn pajjiżi stabbiliti fl-atletika, fosthom il-Bulgarija, lUkrajna u l-Moldova.

Athletics Malta organizzat it-tielet u l-aħħar Pre-Season Meeting fil-Marsa fejn Isaac Bonniċi ta’ Rush Athletics Club wara l-prestazzjoni u rekord ġimgħa qabel f’Belgrad, fejn rebaħ is-600m f’minuta 21.05 sekondi , biex b’hekk kiser ir-rekord nazzjonali li kien ta’ Christian Luke Chetcuti (1:21.80).

Isaac Bonnici għad irid jagħlaq it-18-il sena, fejn ir-rekord tiegħu jgħodd ukoll fil-kategoriji Taħt it-23 u Taħt l-20.

Nicolai Bonello ta’ La Salle reġa kiser ir-record tiegħu stess fil-pole vault fejn l-ewwel qabez 4.62m u ftit wara 4.65 .

Fil-hammer throw Bianca Shoemake ta’ Rush Athletics Club b’tefa’ ta’ 56.37m fil-hammer, kisret ir-rekord nazzjonali ta’ Taħt it-18-il sena u kkwalifikat għal Kampjonati Ewropej tal-istess kategorija li se jsiru fl-Islovakkja aktar tard din is-sena kif ukoll fil-Kampjonati tal-Balkani tal-istess kategorija.