Lokali Qorti

Sentenza ta’ ħabs imnaqqsa għax ma nsabx ħati li abbuża minn omm ta’ 17-il sena, iżda ħati li xerred pornografija tat-tfal

Raġel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti kellu s-sentenza tiegħu mnaqqsa għal14-il xahar wara li l-Ewwel Qorti kienet ikkundannatu erba’ snin ħabs wara li l-Imħallef Neville Camilleri li kien qed jippresiedi l-Qorti tal-Appell dalgħodu biddlet parti minn sentenza fil-konfront tiegħu.

Il-prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti li fis-16 ta’ Jannar ta’ disa’ snin ilu l-akkużat twaqqaf minn Pulizija li kienu fuq ronda f’Baħar iċ-Ċagħaq, wara li l-karozza tiegħu għokrot għajn l-uffiċjali peress li miegħu kien hemm tfajla ta’ 17-il sena, u li kien jidher li kien hemm differenza kbira fl-età bejniethom.

Ir-raġel instab ħati li dakinhar għadda lit-tfajla basket b’DVDs u li jinkludu pornografija ta’ persuni taħt l-età. Min-naħa l-oħra, l-akkużat ma nstabx ħati li dakinhar ipparteċipa f’attivitajiet sesswali mat-tfajla li kienet miegħu.

Għalkemm irriżulta li r-raġel u t-tfajla għandhom żewġt itfal, il-Qorti nnotat li l-aġir tal-akkużat, dakinhar, ma jistax jitqies bħala illegali għax l-età tal-kunsens tnaqqset għal 16-il sena. Min-naħa tiegħu, dwar dan, l-akkużat żied jargumenta li r-relazzjoni bejnu u t-tfajla kienet konsenswali u aċċettata mill-familji tagħhom.

Il-Qorti qalet ukoll li l-fatt li mill-fedina penali aġġornata tal-appellant hekk kif eżebita quddiemha fis-seduta tal-5 ta’ Diċembru 2023 jirriżulta li l-aħħar darba li kiser difrejgħ mal-liġi kien fid-9 ta’ Ġunju 2015. Apparti l-piena ta’ ħabs, l-akkużat ġie ordnat iħallas €1,800 fi spejjeż tal-Qorti u nħarġet ordni ta’ protezzjoni għal sentejn fil-konfront t’omm it-tfajla. Il-Qorti tal-Appell ordnat divjett anki fuq isem it-tfajla u l-qraba tagħha billi r-raġel u t-tfajla għandhom it-tfal.