Internazzjonali

Tfittxija għal raġel wara nar li ħakem park ta’ divertiment fl-Isvezja

Raġel qed ikun imfittex wara li nar ħakem park ta’ divertiment fil-belt ta’ Gothenburg, l-Isvezja.

Fl-inċident li seħħ it-Tnejn, 12-il persuna sofrew minn ġrieħi ħfief.

Ir-raġel li hu mitluf kien qed jaħdem f’dan il-park fil-mument li bdew jinfirxu n-nirien.

In-nar beda f’faċilitajiet li kien qed isir xi xogħol fuqhom, parti ġdida mill-park li kienet se tinfetaħ iktar tard din is-sena.

Fil-post issejħu membri tal-protezzjoni ċivili biex jikkontrollaw in-nirien, bin-nies li kien hemm fil-park u f’uffiċini nħarġu l-barra għas-sigurtà tagħhom.

Il-Pulizija qed tħeġġeġ dawk li joqgħodu fil-viċinanzi biex jibqgħu ġewwa minħabba d-dħaħen.