Sport Sport Ieħor

Thyis Antonelli tirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħa tas-Sena 2023

Wara li rebħet l-unur għal Awissu 2023, l-atleta tal-Karate Thyis Antonelli rebħet il-votazzjoni annwali. Hija rebħet dan l-unur wara votazzjoni minn panel ta’ tliet ġurnalisti flimkien mal-votazzjoni tal-pubbliku, li saret fuq il-midja soċjali fl-aħħar ġimgħat.

Wara Antonelli temmew l-atleta tat-track and field Graham Pellegrini u t-triatleta Liam Daly.

Din hija l-ewwel darba li Antonelli qed tirbaħ dan l-unur annwali fejn fl-edizzjonijiet imgħoddija, l-unur annwali intrebaħ minn Tenishia Thornton fl-2020 u fl-2022, u Haley Bugeja fis-sena 2021.

Thyis Antonelli rebħet midalja tad-deheb fit-tieni edizzjoni tal-International Sport School Federation Gymnasiade 2023 Games li saru bejn il-21 u s-27 ta’ Awwissu f’Rio de Janeiro, fil-Brażil. Hija ħadet sehem fl-kategorija tal-kadetti ta’ taħt il-15-il sena u l-fuq minn 54 kilo, fejn fil-finali għelbet lill-avversarja mill-Istati Uniti bl-iskor impressjonanti ta’ 8-1, biex rebħet midalja tad-deheb storika u l-ewwel atleta Maltija li kisbet suċċess waqt l-ISF Gymnasiade Games.

It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tas-Sena 2023 lil Thyis Antonelli minn Matthew von Brockdorff, Direttur Maniġerjali u Kap Ezekuttiv flimkien ma’ Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta’ Atlas Insurance.

F’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm preżenti l-President Sandro Micallef u s-Segretarju Ġenerali Lorraine Cunningham.

Dan il-premju jingħata b’inizjattiva konġunta bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Atlas Insurance.