Lokali

Anzjan iweġġà gravi wara inċident bil-mutur f’Bormla

Anzjan ta’ 74 sena residenti l-Birgu weġġà gravi wara inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tas-6:15 fi Triq San Nikola, Bormla.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-anzjan tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li waqa’.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.