Anzjan Amerikan ta’ 72 sena, ta’ nazzjonalità Amerikana tilef ħajtu wara li waqa’ fil-baħar minn fuq vapur tal-passiġġieri.
Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, anzjan illi kien passiġġier fuq Cruise Liner sorġut fil-Port Il-Kbir fil-Belt Valletta għal xi raġuni mhux magħrufa, waqa’ fil-baħar.
Fil-post isejjħu tim mediku u ambulanza, li ħadu lill-vittma l-isptar Mater Dei għal aktar kura. Iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara ġie ċċertifikat mejjet.
Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea ħatret inkjesta dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizja għadhom għaddejin.
Ritratt mill-arkivji
//= $special ?>