Lokali

Il-feeders tal-annimali jeħtieġu aktar sostenn u għajnuna mill-Gvern

Ilbieraħ id-Deputati Janice Abela Chetcuti u Bernice Bonello flimkien ma’ Team Start u l-MŻPN, taw kontribut lil waħda mill-ħafna cat feeders bħala apprezzament lill-‘cat feeders’ u ‘animal sancturies’ madwar Malta u Għawdex li sfortunatament mhumiex jingħataw sostenn finanzjarju vijabbli mill-Gvern preżenti.

Fil-laqgħa li kellhom mal-cat feeder setgħu jifhmu l-isfidi preżenti b’rabta mal-ħarsien tal-annimali u kif ukoll l-isforzi li jsiru minn bosta voluntiera biex jibqgħu jsostnu u jagħtu kura lill-annimali.

Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li l-isptar tal-annimali f’Ta’ Qali ilu magħluq minn Awwissu u minħabba f’hekk hawn vojt fil-kura tal-annimali fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, u għal każi ta’ kirurġija kumplessa għall-annimali.

Fl-aħħar xhur baqa’ ma sar xejn dwar il-wegħda ta’ re-homing centre għall-annimali miġbura. Il-wegħda li jsir ċimiterju għall-annimali, li baqgħet tissemma mill-Gvern minn żmien għal żmien għadha ma saritx.

Dan filwaqt li kull ma jmur qed joħroġ aktar fil-beraħ kemm is-settur għandu aktar nuqqasijiet u tbatijiet u huwa fuq kollox għatxan għal investiment xieraq.