Lokali Parlament

Il-Gvern ma jiċħadx li ż-żewġ turbini ta’ emerġenza tal-Enemalta se jitħaddmu bid-diesel


Ryan Callus, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fil-parlament li l-gvern ma jiċħadx li ż-żewġ turbini ta’ emerġenza tal-Enemalta se jitħaddmu bid-diesel.


Ryan Callus qal li l-Awtorità dwar l-Użu tal-Ilma u l-Enerġija hi nieqsa mill-imbutattura politika u mir-riżorsi biex din tkun tista’ twettaq id-doveri tagħha. Hu appella biex l-Awtorità dwar it-Tibdil fil-Klima jkollha r-riżorsi meħtieġa għaliex fil-pajjiż hawn wisq awtoritajiet bla riżorsi effettivi biex jaġixxu.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern għandu jkollu l-flotta tiegħu ta’ vetturi kollha elettriċi. Hu appella biex l-inizjattivi tajbin li saru jkomplu jissaħħu u kkritika l-fatt li ċertu charging station qed idumu biex ikunu rranġati. Dawn iċ-charging stations ma jistgħux ikunu fdati u għalhekk m’hemmx fiduċja mill-pubbliku.


Ryan Callus tkellem dwar l-enerġija u qal li issa qed jingħad li l-ġenerazzjoni mhijiex tlaħħaq. Il-pajjiż wasal s’hawn għaliex il-gvern m’għandux pjan, sostna Ryan Callus, li qal li d-diskros dwar iż-żieda fil-popolazzjoni mhux bilfors populist. Issa donnu l-PN m’għandux dritt jitkellem fuq l-isplużjoni tal-popolazzjoni għaleix jiġi mgħajjar populist.


Il-verità hi li l-pajjiż ma jiflaħx iktar; is-setturi kollha huma milquta inkluż is-settur tas-saħħa u Mater Dei. Issa anki l-ministru ġdid tas-saħħa qed jammetti li hawn bżonn sptar ġdid. Din il-problema tal-popolazzjoni issa qed tolqot id-distribuzzjoni tal-enerġija. Minkejja l-kritika kollha li kien jagħmel, iż-żewġ turbini addizzjonali li se tagħmel l-Enemalta se jitħaddmu bid-diesel u l-gvern għadu ma ċaħadx din l-informazzjoni.


Issa anki r-rapport ambjentali twarrab, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fl-2014 twaqqfet l-Awtorità dwar l-Enerġija u l-Ilma li wkoll kellha r-responsabbiltà dwar l-enerġija.


Hu qal li l-gvern qed iħalli barra l-aspett tal-adatazzjoni soċjali bie il-politika tkun aċċettata mis-soċjetà. Ryan Callus kkritika l-fatt li minn sitt membri fi-Bord tal-Awtorità, il-liġi tispeċifika li tnejn biss irid ikollhom esperjenza fit-tibdil fil-klima. Dan ifisser li l-erba’ membri l-orħa jkunu bażużli tal-gvern? Dan juri n-nuqqas ta’ rieda politika li turi li din se tkun Awtorità oħra bla snien u li tkun paraventu tal-gvern.
Hu staqsa jekk hemmx bonn li l-parlament Malti jibqa’ jibbubblika l-mistoqsijiet u t-tweġibiet kollha parlamentari fuq il-karti.