Raġel ta’ 34 sena residenti Wied il-Għajn weġġà gravi wara li kien involut f’ħabta bejn karozza u mutur f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tat-7:45 fi Triq L-Ewwel Titjira 1915.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma u karozza misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħal Safi.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur li ftit tal-ħin wara ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>