Il-qawwiet ta’ Iżrael fl-aħħar sigħat wettqu mewġa estensiva ta’ attakki fuq il-Libanu. Dan wara li l-milizji Lebaniżi Xiti tal-Ħeżbollah sparaw ir-rokets lejn l-artijiet Iżraeljani tat-Tramuntana, bir-riżultat li nqatlet talanqas mara u b’oħrajn jisfaw midruba.
Intant, il-qawwiet tal-ajru Iżraeljani laqtu numru ta’ villaġġi tal-Lebaniżi, b’diversi djar jieħdu n-nar waqt l-attakki.
L-Armata Iżraeljana u l-Ħeżbollah ilhom jisparaw il-missili lejn xulxin (min-naħat opposti tal-fruntiera) mindu Iżrael iddikjara l-gwerra fuq il-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru li għadda. Fl-istess ħin, il-kelliema għall-qawwiet Iżraeljani ma ħarġux ħafna dettalji dwar l-attakki fuq il-Libanu iżda s-sorsi infurmati qalu li ‘il-missili laqtu l-miri speċifikati kollha’.
L-attakk preċedenti mil-Libanu fuq it-Tramuntana ta’ Iżrael kien laqat iz-zona ta’ Safed u meta fil-mira tal-aggressuri kien hemm iċ-ċentru tal-kmand tal-qawwiet militari (Iżraeljani) għar-reġjun tat-Tramuntana.
//= $special ?>