Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: It-tnejn ta’ fuq b’rebħiet kbar

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Fusion Quest……….36

Caffè Moak Luxol…76

(8-20)(8-21)(16-7)(4-28)

Luxol kisbu s-seba’ rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Fusion Quest 76-36. Luxol kienu mingħajr Sarah u Lisa Fenech Pace kif ukoll Mandi Mercieca hekk kif il-coach Santino Coppa ħalla fuq il-court diversi players żagħżagħ. Fusion kellhom lura lil players bħal Natalija Pejcic u Julie Londono b’din tal-aħħar però tkun sfortunata li weġġgħat wara biss 18 -il sekonda li daħlet tilgħab. Wara li Fusion għamlu l-ewwel basket tal-partita minn Hayley Grixti, Luxol irrispondew b’10 punti mingħajr risposta. Julia Schembri għamlet basket ieħor għal Fusion bil-Luxol ikollhom risposta permezz ta’ Josephine Diaby u Ella Abela flimkien ma’ Shanice Farrugia u Sarah Sciberras għal skor ta’ 20-8. Fit-tieni perjodu kien hemm run oħra ta’ 13-2 minn Luxol b’punti minn Sciberras u Diaby fost l-oħrajn u lejn it-tmiem kien hemm ukoll il-punti ta’ Vanya Baldacchino biex Luxol daħlu jistrieħu 41-16 minn fuq.

Wara l-intervall, Fusion bdew bi trippla minn Julia Schembri fejn huma kellhom sessjoni pjuttost posittiva li rebħuha 16-7. Il-punti ta’ Luxol kienu mqassma tul il-perjodu għalkemm waslu minn żewġ players biss, Sciberras u Baldacchini. Fusion kellhom run qasira ta’ 8-2 bit-tieni trippla ta’ Schembri għal skor ta’ 32-48. L-aħħar taqsima però kienet mill-ġdid dominata mill-players ta’ Coppa fost l-oħrajn b’rin finali ta’ 15-0 li rat lil Diaby tikseb diversi punti flimkien ma’ Nolene Vella u Abela. L-uniċi żewġ baskets ta’ Fusion ġew minn Nicole Vella u Nicole Montalvo hekk kif Luxol ħarġu rebbieħa 76-36.    

Fusion Quest: H. Grixti 4, J. Schembri 11, M. Momcilovic 2, M. Stefanovic 7, A. Parnis, J. Londono, M. Opauzki, N. Vella 4, N. Pejcic 4, N. Montalvo 4.

Caffè Moak Luxol: T. Bennett 3, H. Galea, N. Vella 9, E. Abela 4, M. Camilleri 1, J. Diaby 23, V. Baldacchino 21, S. Sciberras 9, S. Farrugia, M. Marmara 5, A. Fenech Pace 2.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Miguel De Flavia.

Hibernians……62

Starlites JSD….91

(16-28)(18-22)(11-26)(17-15)

Starlites JSD wieġbu għar-rebħa ta’ Luxol meta għelbu lil Hibernians 91-62 b’wirjiet tajbin fost l-oħrajn minn Steffi De Martino b’36 punt u Mikela Riolo bi 12 -il assist. Hibs kienu mingħajr Iona Agius u kellhom fl-iskwadra lil Maya Vella għall-ewwel darba. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn kien hemm trippli fuq kull naħa minn Jasmine Abela u Lyndsey Whilby għal Hibs u De Martino għal Starlites għal skor ta’ 8-7. Hawn Starlites għamlu l-ewwel run qawwija tal-partita meta kellhom 17 -il punt mingħajr risposta bi trippli ta’ Paige Cannon u De Martino flimkien ma’ Riolo u Maria Bonett. Hibs kellhom risposta bi break ta’ 8-0 bi trippli ta’ Whilby u Kaya Calleja qabel ma Starlites għamlu l-aħħar żewġ baskets għal skor ta’ 28-16. Fit-tieni taqsia kien hemm il-punti ta’ Catherine Cilia għal Starlites bil-Hibs jirrispondu bi trippla ta’ Whilby. Abela wkoll kellha trippla għal Hibs flimkien mal-punti ta’ Vella biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 32-42. Starlites għalqu l-perjodu bi break ta’ 8-2 bi tlett baskets ta’ Michela Zammit Cordina għal skor ta’ 50-34.

Wara l-intervall ic-champions reġgħu ħarġu b’mod agressiv u tista’ tgħid li għalqu l-partita bi break ta’ 20-2. Huma kellhom diversi punti minn De Martino u Whilby u trippla ta’ Zammit Cordina flimkien mal-assists ta’ Riolo. Hibs finalment wieġbu b’sitt punti konsekuttivi però Starlites għamlu l-istess fil-minuti ta’ wara u temmew il-perjodu 76-45 minn fuq. Fl-aħħar taqsima kien hemm il-punti ta’ Whilby u Julija Dabic għal Hibs li naqqsu d-distakk għal 17 -il punt 53-80. Kien hemm ħin għal players żagħżagħ ta’ Starlites bħal Philippa Riolo u Ylenia Ferrando hekk kif huma kellhom seba’ punti oħra mingħajr risposta biex rebħu l-partita 91-62.

Hibernians: M. Buhagiar, E. Farrugia, F.Fabok, L. Whilby 25, J. Abela 13, K. Calleja 6, M. Vella 10, K. Caruana 2, J. Gauchi, J. Dabic 6.

Starlites JSD: M. Zammit Cordina 15, M. Riolo 4, A. Saliba 3, M. Bonett 2, S. De Martino 36, P, Cannon 21, P. Riolo, Y. Ferrando, C. Cilia 8, M. Sciberras, C. Curmi 2.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nestor Rincon.