Lokali Parlament

L-inċineratur jista’ jikkaġuna dannu rreparabbli għall-baħar taż-żona tal-Magħtab


Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar


Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal fil-parlament li l-inċineratur li se jsir fil-Magħtab jista’ jikkaġuna dannu rreparabbli għall-baħar taż-żona.


Hu qal li kien rari li fl-aħħar snin il-Gvern iddiskuta t-tibdil fil-klima u sostna li l-PL naqas li jagħti l-attenzjoni xierqa għall-inizjattivi li ħadu gvernijiet Nazzjonalisti dwar it-tibdil fil-klima.


Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-aħħar smin Malta ma kinitx fuq quddiem fost il-pajjiżi li wettqu inizjattivi favur it-tibdil fil-klima. Fil-Magħatab hemm diżastru fis-separazzjoni tal-iskart tant li l-istatistika tal-UE u tal-NSO turi li Malta hi fost l-agħar pajjiżi fis-separazzjoni tal-iskart.


Dwar l-inċineratur hu qal li l-gvern raqad fuq dan il-każ u hemm offerti li qed joħolqu diffikultajiet. Jidher li l-gvern m’għamilx l-istudji tiegħu. L-inċineratur għandu sistema ta’ cooling system li se tikkaġuna sfreġju fil-baħar tal-madwar. Hemm dubju kbar kif ingħażel il-post għall-inċineratur, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal ż-żona quddiem il-Magħtab hi waħda protetta. S’issa għad m’hemmx garanziji dwar dan ir-riskju irreparabbli lill-baħar taż-żona.


Kien il-President George Vella stess li ddikjara li jeħtieġ li jinstab bianċ bejn l-ambjent l-iżvilupp, li l-ambjent naturali mhxu riżorsa infinita, li se jkunu l-ġenerazzjonijiet futuri u li se jbatu minħabba li l-pajjiż mhux ikun sensittiv biżżejjed. 90% taż-żgħażagħ Maltin qed jiddikjaraw li l-ambjent mar għall-agħar fl-aħħar 10 snin.


Kien Alfred Sant stess li qal li daqt ma jibqax ikun salvat f’Għawdex waqt lis-sindki kollha qed jipprotestaw dwar in-nuqqas ta’ protezzjoni għall-ambjent. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern ma kellux viżjoni u falla fil-miri tiegħu għaliex kien jinteressah biss li jirbaħ l-elezzjoni. Il-gvern m’għandux pjan tant li issa anki l-Enemalta qed titlob li ma jsirx l-istudju dwar l-impatt ambjentali fuq investiment li se tagħmel minħabba possibbiltà ta’ kriżi oħra fl-enerġija.


Robert Cutajar qal li wara l-isfreġju ambjentali bl-approvazzjoni tal-Ministru għal Għawdex, Kemmuna ma nġibietx fl-istat orġinali kif kienet u sostna li anki fil-Victoria Lines hemm diffikultajiet u abbużi fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar. Hu semma’ Project Green u l-investiment qawwi li sar fiha u qal li jittama li l-Awtorità dwar it-Tibdil fil-Klima mhix se titwaqqaf biex jingħataw impjiegi lil tal-qalba. Din l-Awtorità għandha tassigura wkoll li jkun hemm l-infurzar meħtieġ.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern ma jagħtix kas il-biodiversità u qal li l-gvern għandu jikkunsidra t-tnaqqis tal-karbonju. It-tibdil fil-klima jrid ikun ikkunsidrat fil-kuntest taż-żieda fil-popolazzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern għandu jispeċifika x’se jsir f’Selmun. Hu appella biex Selmun u l-Imġiebaħ ikunu żviluppati f’park nazzjonali u kkritika l-gvern li għadu ma jafx x’se jsir mill-Palazz ta’ Selmun li qed jiddeterjora.


Robert Cutajar kompla li l-gvern jidher li għandu aġendi oħra għal din iż-żona u żied li l-lukanda li hemm f’Selmun kienet tistona immens mal-ambjent; għalhekk għandu jkun ikkunsidrat il-kunċett tal-agri-turiżmu propju f’Selmun. Kien hemm prattiċi li fallew bħaċ-chargers tal-karozzi fit-toroq waqt li fit-traffiku mhux jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għall-pajjiż.


Hu semma’ l-windfarm fil-Montenegro u qal li dan hu monument ta’ tixħim u serq minn fuq il-poplu Malti. L-ERA għandha r-riżors uman u l-appoġġ mill-gvern li teħtieġ?, staqsa Robert Cutajar.