Il-Pulizija Indjana, għat-tieni jum konsekuttiv, ikkonfrontaw lill-bdiewa li kienu qed jimmarċjaw lejn Delhi, il-belt kapitali, biex jipprotestaw dwar il-ħlas dovut għall-prodott agrikolu.
L-uffiċjali tal-liġi spiċċaw jisparaw il-kanuni tal-ilma fuq il-bdiewa – u meta l-madwar ta’ Delhi inbidel f’perimetru iddominat bil-barbed wire u blokok tas-siment intiżi biex jostakolaw l-avvanz tal-folol.
Il-qawwiet tas-sigurtà Indjani, flimkien mal-iskwadri paramilitari, kellhom joħorġu bi ħġarhom biex jikkontrollaw lill-bdiewa rrabjati u li fil-parti kbira minnhom kienu ġejjin mill-Istat ta’ Punjab.
Il-bdiewa huma mgħaddbin sew għall-Gvern, fost l-insisteza li l-Amministrazzjoni f’Delhi kienet kisret kelmtha magħhom wara l-protesti kbar ta’ sentejn ilu…Protesti li fihom il-bdiewa imblukkaw it-toroq prinċipali madwar il-kapitali, fost id-dimostrazzjonijiet li damu għal sena.
Fl-aħħar sigħat, il-bdiewa allegaw li l-qawwiet għaz-zamma tal-liġi anki sparawlhom il-balal tal-gomma – u fost akkużi li l-istampa tal-Istat pruvat tpittirhom bħala ‘terroristi’.
Il-Gvern Indjan, intant, stieden lir-rappreżentanti tal-bdiewa għal taħditiet meta l-protesti ġodda qed isiru qabel l-elezzjonijiet ġenerali fil-pajjiż….Elezzjonijiet li fihom, il-Partit Bharatiya Janata Party (BJP) tal-Prim Ministru Narendra Modi qed jipprova għal tielet mandat ta’ poter konsekuttiv.
//= $special ?>