Futbol Sport

Lazio jaħsdu lil Bayern, PSG b’sieq fil-kwartifinali

(Ritratt: EPA)

Lazio kisbu rebħa mhux mistennija ta’ 1-0 kontra Bayern Munich, biex b’hekk kompliet il-ġimgħa negattiva għat-tim Ġermaniż wara t-telfa ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Bayern Leverkusen. Il-gowl deċiżiv wasal fit-tieni taqsima meta kien Dayot Upamecano li waqqa lil Gustav Isaksen fil-kaxxa, bir-referee Franċiż jordna penalty u jkeċċi lill-istess Upamecano. Minn ħdax-il metru l-captain ta’ Lazio Ciro Immobile ma żbaljax għal 1-0.

F’ Parc des Princes, rebħa faċli ta’ 2-0 għal PSG biex b’hekk b’dan ir-riżultat it-tim Franċiż għandu sieq fil-kwartifinali. Iż-żewġ gowls ta’ PSG waslu fit-tieni taqsima. Kien fit-58 minuta, li Kylian Mbappe fetaħ l-iskor biex 12-il minuta wara kien Bradley Barcola li rdoppja għal skor finali ta’ 2-0.