Knisja Lokali

Matul ir-Randan, il-Knisja qed tistieden lin-nies jitolbu t-talba tal-Innu Malti

Waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ Ras ir-Randan, Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna tkellem dwar il-ħniena u l-kompassjoni – u kif f’dawn l-40 jum “irridu nindmu”.

Mons. Scicluna qal li bil-qawwa tar-rażan u s-sawm nkunu qed nissieltu kontra l-ħażen.

Il-quddiesa immexxija minn Mons. Scicluna twasslet mill-Knisja ta’ Sarria fil-Furjana, fejn l-Arċisqof spjega kif fir-Randan irridu niskopru lil Alla bħala dak il-missier li ma jridx jitlaqna minn taħt idejh.

Tkellem ukoll dwar l-irmied, li huwa s-sinjal tal-umiltà.

Fil-quddiesa, Mons. Scicluna semma’ il-ħames barkiet li joħorġu mill-Innu nazzjonali ta’ pajjiżna. U qal li dan huwa messaġġ li se jibqa’ jirrepetih matul din is-sena kollha – it-talba tal-Innu Malti.