Kurżitajiet Lokali

PROFILI: X’kien ġralhom meta tkellmu l-ewwel darba Joe u Veronica Farrugia?

FI PROFILI tal-lejla, f’Jum l-Imħabba se jkollna kopja li ħafna mdorrija jarawha fuq it-TV, madankollu fi PROFILI se nkunu qed niltaqgħu magħhom f’kuntest kompletament differenti.

Għal bidu kienu mistħija, bħal meta bdew isellmu ‘l xulxin qabel iltaqgħu uffiċjalment, b’Veronica, jew il-ħabiba ta’ Veronica tagħmel l-ewwel pass biex il-kopja ssib l-imħabba.

Se nitkellmu dwar l-esperjenzi tal-kopja fuq il-palk iżda mhux hekk biss, se naraw lil kopja mil-lenti kemxejn aktar rilassanti fejn se jiddiskutu magħna wkoll temi kurrenti.

PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Tags