Numru ta’ persuni li kkuntatjaw il-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net News irrakkuntaw ix-xena tal-biża’ li esperjenzaw aktar kmieni illum meta waqa’ xi ġebel fuq karozza tal-linja.
Il-każ seħħ ftit qabel nofsinhar, f’San Pawl il-Baħar.
Mhux magħruf eżatt kemm kien hemm nies fil-karozza tal-linja fil-ħin tal-inċident.
Fortunatament, jidher li ħadd ma weġġa’.
Il-Pulizija minn naħa tagħhom qed jgħidu li ma daħlu ebda rapporti.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>