Robert Spiteri ta’ 54 sena, mingħajr indirizz fiss ġie kundannat tmien xhur ħabs wara li ammetta li kien qed jipprova jbiegħ id-droga sintetika f’Bieb il-Belt. Huwa nqabad mill-Pulizija kmieni filgħodu għall-ħabta tas-6am u ftit tas-sigħat wara tressaq il-Qorti.
Fil-pussess tiegħu kellu madwar seba’ grammi droga sintetika cannabis. L-akkuzat sar ħati wkoll li sar ricediv. Huwa mifhum li Spiteri kien qed jipprova jbigħ id-droga sintetika f’Bieb il-Belt biswiet il-venda tat-trasport pubbliku.
Fl-istqarrija mal-pulizija, l-akkużat qal li ilu jieħu droga minn mindu meta kellu 20 sena u li wasal iż-żmien li jingħata trattament. Fil-Qorti, il-Magistrat Galea spjegat lil Spiteri li ż-żewġ akkużi jġorru piena minn tliet xhur sa sena ħabs. Fuq ammissjoni l-Qorti sabet lir-raġel ħati u kkundannatu tmien xhur priġunerija effettiva. Il-proskuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Cremona.
//= $special ?>

