Mara ta’ 51 sena residenti ż-Żurrieq weġġgħet gravi wara li waqgħet minn fuq ċint.
L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tas-7:00 fl-akwati ta’ Triq Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi.
Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-mara kienet miexja u għal xi raġuni waqgħet madwar sular minn fuq ċint bil-konsegwenza li spiċċat qalb xi siġar.
Fuq il-post issejħu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex itellgħu lill-mara. Wara, hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>