F’Parken Stadion, Manchester City għelbu lil FC Copenhagen 3-1 biex b’hekk kompliet is-serje pożittiva tat-tim immexxi minn Pep Guardiola fl-Ewropa fejn ilhom 21 partita mhux megħluba. Għal kuntrarju għal FC Copenhagen din kienet l-ewwel partita kompetittiva wara waqfa ta’ xahrejn minħabba x-xitwa fid-Danimarka.
Fl-10 minuta kien Kevin De Bruyne li minn azzjoni ta’ Phil Foden għeleb lil Kamil Grabara biex poġġa lil Manchester City fil-vantaġġ. Fl-34 minuta l-iskor sar 1-1 wara li Magnus Mattson għeleb lil Ederson. Minuta fuq il-ħin qabel tmiem l-ewwel taqsima, kien Bernardo Silva li għeleb lil Grabara b’Manchester City fil-vantaġġ. Fit-tieni taqsima, fit-92 minuta minn azzjoni ta’ DeBruyne, Phil Foden kabbar l-iskor għal 3-1.
Fir-Red Bull Arena, Real Madrid għelbu lil Red Bull Leipzig 1-0. F’partita mill-aktar bilanċjata kien gowl fil-bidu tat-tieni taqsima li ta rebħa minima liL Real Madrid barra minn darhom. Fit-48 minuta kien Brahim Diaz li għeleb lil Peter Gulacsi f’dak li kellu jkun il-gowl deciżiv.
//= $special ?>