Lokali Qorti

Żagħżugħ bi problema ta’ droga jammetti li hedded lil ommu li wkoll għandha l-istess problema

Żagħżugħ ta’ 24 sena minn San Ġiljan li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti biex tiġi protetta l-familja tressaq ammetta li kkaġuna biza fuq ommu li se tintuża vjolenza fuqha. Huwa ġie akkużat ukoll li heddidha wara sensiela ta’ argumenti li kien hemm bejnu u ommu.

Fil-Qorti ħareġ ukoll li kemm il-vittma kif ukoll l-akkużat għandhom il-vizzju tad-droga. Għall-akkużi miġjubin kontrih, l-akkużat ammetta. Id-difiża u l-prosekuzzjoni qalu li sar qbil bejn il-partijiet li l-piena ta’ ordni ta’ trattament u probation, għanda tkun l-aħjar waħda fiċ-ċirkostanzi.

Il-Maġistrat Charmaine Galea wissiet lill-akkuħat li ammissjoni bħal din iġġorr il-piena sa massimu ta’ sentejn ħabs u multa sa 15 il-elf ewro. Wara li l-imputat kkonferma l-ammissjoni tieghu, il-Maġistrat ħarġet ordni ta’ probation, ordni ta’ trażżin filwaqt li poġġietu taht ordni ta’ trattament għal vizzju tad-droga. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Omar Zammit. Ghall-akkuzat dehru l-avukati Jose Herrera u Matthew Xuereb filwaqt li ghal parte civile deher l-avukat Alfred Abela.