Il-kunsillier Laburist ta’ Birkirkara, Kaylocke Buhagiar mhux se jibqa’ jirrapreżenta lill-Partit Laburista fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
F’post fuq Facebook, Buhagiar qal li din id-darba, fl-elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju se jkun qed joħroġ bħala kandidat Indipenedenti għall-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, li tfisser li se jkun qed jabbanduna lill-Partit Laburista darba għal dejjem
Din hi t-tieni darba fi ftit xhur li membru Laburista f’kunsill lokali għażel li ma jkollux iktar x’jaqsam mal-Partit Laburista. F’Ottubru li għadda, Conrad Borg Manchè kien ħabbar ir-riżenja tiegħu mil-Labour.
Wara r-riżenja tas-sindku Borg Manchè, il-Labour kien spiċċa tilef lokalità oħra għaliex il-Gżira issa qed titmexxa minn sindku indipendenti.
//= $special ?>