Pizzerija famuża qed taffaċja rabja mill-pubbliku wara li filmat spiċċa mar viral.
Fil-filmat meħud f’wieħed mill-ħwienet ta’ din il-franchise fil-Ġappun jidher impjegat inaqqar imnieħru b’subgħajh u jimsaħ idu fuq l-għaġina.
Il-kumpanija malajr ħarġet apoloġija, u esprimiet dispjaċir għal dan l-aġir.
L-inċident, seħħ waqt li l-ħanut kien magħluq u l-impjegat kien qed ilesti għaġina għal proċess ta’ fermentazzjoni ta’ 24 siegħa. Iżda kien żgurat li l-għaġina ma ntużat fl-ebda pizez, u ntremiet fil-pront.
Il-fergħa ingħalqet immedjatament, u l-impjegat se jiffaċċja piena skont il-linji gwida tal-kumpanija.
//= $special ?>