Ambjent Lokali

Il-bdiewa jerġgħu jipprotestaw ħalli l-Gvern jieħu azzjoni kontra r-regoli li ġejjin minn barra

Tafġuna taħt saqajkom tridu – iż-żmien li noqgħodu rasna baxxuta spiċċa l-miżbla qed tikber bil-prodotti lokali li qed jispiċaw mormija. Din kienet il-karba li wasslu mal-500 bidwi illi inġabru għal protesta oħra, it-tieni waħda f’temp ta’ xahar.

Dimostrazzjoni li matulha kien evidenti ir-rabja tal-bdiewa illi ħaduha kontra l-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.

Il-messaġġ kien wieħed b’saħħtu – il-bdiewa qed jappellaw lil awtoritajiet sabiex il-bidwi Malti jkun rspettat filwaqt li napprezzaw ukoll il-prodotti tal-għelieqi tagħna.

Malcolm Borg f’isem l-Għaqda Bdiewa Attivi, u Gerald Vella is-Segretarju tal-organizzazjoni VITI Malta qalu li din il-protesta kienet kontinwazzjoni mal-ewwel protesta li saret fil-bidu ta’ Frar.

Il-protesta li bdiet għall-ħabta ta’ nofsinhar minn Ta Qali ġiet fi tmiema għall-ħata tal-17:00 pm fil-waterfront tal-Marsa – post simboliku minn fejn jiġu importati ħafna frott u ħaxix.

Intant dawk li kienu hemm qasmu numru ta’ proposti lil Gvern sabiex titaffa d-daqqa ta’ dawn il-liġijiet u biex b’hekk il-prodott lokali ikun stmat hekk kif numru kbir ta’ frott u ħaxix qed jiġiimpurat minn pajiżi terzi li jużaw fertiliżanti li ilu maqtuh mill-Ewropa tal-inqas 30 sena.

Il-bdiewa għamlu wkoll talba ċara biex l-awtoritajiet jisimgħu dak li huma qed jgħidu u biex meta tkun se tadi xi  liġi huma jkunu ikkonsultati għax huma il-bdiewa u r-raħħala li jafu sew dak li qiegħed jiġri f’dan is-settur.

Preżenti għal din il-protesta kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fejn qal li l-Partit Nazzjonalista ilu żmien jiddiskuti mal-bdiewa u r-raħħala għax il-Partit jemmen fil- bdiewa.

Intant, saret talba sabiex il-Gvern jikkontrolla u jinvestiga minn fejn ġejjin il-prodotti barra mill-Ewropa hekk kif dawn huma l-ikbar kompetituri tal-prodott lokali. Il-bdiewa spjegaw li ċertu prodotti li ġejjin minn pajjiżi minn barra l-Ewropa qed jiġu importati f’pajjiżi bħal Spanja biex wara jinbigħu minn hemm u għalhekk meta prodotti bħal dawn jiġu identifikati il-Gvern għandu jibda n-negozji mal-Ewropa biex dawn ma jitħallewx jidħlu f’Malta.

Il-bdiewa u r-raħħala talbu wkoll bl-iktar mod ċar biex l-awtoritajiet konċernati bħal tas-Sanità u l-MCCA jagħmlu analiżi aħjar ta’ x’tip ta’ prodott qiegħed jitħalla jidħol f’Malta.

Dawk preżenti issuġġerew ukoll biex jingħataw sussidju fuq il-fertilizzant li huwa wieħed mill-akbar infieq ta’ dawn il-bdiewa, waqt li talbu lill-Gvern biex meta in-nefqa tal-importazzjoni kif ukoll tal-ħażna ikunu ikbar minn kemm hu d-dħul… jgħinataw l-għajnuna.

Preżenti għal din il-protesta flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm Alex Borg, ix-Shadow Minister ta’ Għawdex.